-
20
Apr
Stqarrija Għall-Istampa (Il-Ħlas Għall-‘Extra Duty’)
L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) qiegħda titlob illi jiġi mibdul il-mod ta’ kif isir il-ħlas tal-“extra duty”.Meta membru tal-Korp jitqabbad jagħmel ‘extra duty’, dan ma jirċevix ħlasu sakemm il-persuni terzi li jkunu talbu dan is-servizz ma jkunux ħallsu lill-Korp tal-Pulizija. Dan qed iwassal biex bosta membri tal-Korp idumu xhur sħaħ, u f’ċertu kazijiet anki snin, sabiex jitħallsu tax-xogħol li jkunu wettqu.
L-MPA tisħaq illi min ikun wettaq dan ix-xogħol m’għandu l-ebda konnessjoni jew rabta mal-persuna li tkun talbet is-servizz, u għalekk il-ħlas tiegħu m’għandu bl-ebda mod jiddependi fuq meta dawn it-terzi jħallsu lill-Korp, irrelevanti min huma. Ladarba dawn huma mqabbda mill-Korp biex jagħmlu din l-‘extra’, huma għandhom jitħallsu mingħajr dewmien, imbagħad sta għall-Korp tal-Pulizija li jfittex li jiġbor flusu m’għand min ikun ħa s-servizzi tiegħu.
L-MPA diġa bgħatet lill-amministrazzjoni tal-Korp dwar dan u talbet li din il-proċedura tiġi riveduta. Minkejja t-twissijiet dwar il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm riżultat ta dan, sal-lum l-MPA għadha ma ġietx mgħarrfa dwar jekk fil-fatt l-amminsitrazzjoni hiex qed tieħu xi mizuri dwar dan.
L-MPA mhux kuntenta b’dak li qed ikollha tħabbat wiċċha miegħu kontinwament u f’diversi sitwazzjonijiet fejn l-amministrazzjoni tal-Korp tinjora l-bosta anomaliji li jeżistu meta din tinġibdilha l-attenzjoni. Ma tistgħax tifhem kif fl-2016 l-amministrazzjoni tal-Korp għadha ma fehmitx li jezistu’ prinċipji u bosta liġijiet amministrattivi li jirregolaw l-għaġir tal-amministrazzjoni u li l-Kummissarju, bħala kap ta’ dipartiment għandu d-dmiru li jara li l-liġi, tkun liema tkun, tiġi mħarsa mid-dipartiment.Kumitat EżekuttivAssoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta