Pandemija – Direttiva 13

  • Pandemija – Direttiva 13

    Leġiżlatura XIII
    Kategorija ORAL
    Mistoqsija Numru: 17359
    Data: 17/11/2020
    Seduta: 414 – 12/01/2021 04:00 Pm

     

    L-Onorevoli CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Onorevoli ROBERT ABELA (Prim Ministru):
    B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16901, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala ma jridx idaħħal id-Direttiva 13?

     

    Tweġiba:
    Kif spjegajna kemm il darba pubblikament u anke kif diga’ weġibna fil-Mistoqsija Parlamentari numru 16901, id-direzzjoni hija diga ċara li fiċ-ċirkostanzi kurrenti, talbiet għal teleworking jiġu milqugħa sakemm il-livell tas-servizz mogħti ma jigix mittiefes. La darba hemm din id-direzzjoni dwar xogħol lil hinn mill-uffiċċju u wkoll li jkunu osservati d-direzzjonijiet dwar sahha pubblika fil-postijiet tax-xogħol, f’dal-mument Direttiva numru 13 mhix meħtieġa..

    Comments are closed.