-
14
Jan
Stqarrija Ministerjali magħmula mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Chris Fearne, fis-Seduta 408 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-vaċċin tal-Covid-19
F’Jannar huwa ppjanat li noffru l-vaċċin lill-healthcare workers, kemm dawk li jaħdmu
fis-servizz pubbliku kif ukoll dak privat. Ma’ dawn ser inlaqqmu lill-istaff tad-djar tal-anzjani.
F’Jannar ukoll ser inlaqqmu lir-residenti kollha tad-djar tal-anzjani u tal-faċilitajiet għall-kura
tas-saħħa mentali, kif ukoll lill-anzjani kollha f’Malta u Għawdex li għandhom 85 sena jew
fuqhom.Fi Frar il-pjan hu illi noffru l-vaċċin lill-frontliners l-oħra kollha u lill-anzjani ta’ 80 sena u
fuqhom.