-
15
Jan
Leave ta’ Kwarantina għall-membri pożittivi għall-Covid19
L-Malta Police Association, Union li tirrapreżenta membri tal-Korp, li meta jkun hemm il-ħtieġa tagħhom jiġu kkunsidrati front-liners, pero meta jkunu huma li jitolbu xi ħaga li huwa dritt tagħhom jiġu mwarrba, ilha xhur sħaħ tikteb fuq is-suġġett tal-leave ta’ kwarantina għall-membri tal-Korp li jinstabu pożittivi għall-Covid-19.
L-MPA saħansitra kitbet lill-Onor Prim Ministru, kif ukoll lill-Onor. Ministru tal-Intern fuq is-suġġett nhar it-28 ta’ November 2020. Dan wara li korrispondenza mibgħuta nhar is-26 ta’ Ottubru 2020 u 29ta’ Ottubru 2020 lill-Profs.C. Gauci, kif ukoll korrispondenza mibgħuta nhar il-5 ta’ Novembru 2020 lill-Onor. Deputat Prim Ministru, li ma ġewx imwieħba.
Nixtiequ ninfurmaw ukoll li l-bieraħ, l-MPA kitbet lill Onor. Ministru Byron Camilleri sabiex issir laqgħa fuq is-suġġett u din qegħda tiġi ppjanata għall jiem li ġejjin.