-
11
Mar
Talba sabiex jingħalaq l-uffiċċju tal-Kondotti
L-MPA talbet sabiex b’mod immedjat, l-uffiċċju tal-Kondotti jingħalaq u s-servizz jingħata biss permezz tas-sistema online. L-ammont ta’ nies li jirrikorru għall-kondotta ta’ kuljum huwa kbir wisq sabiex din l-attivita titħalla. Għalkemm dan jista’ joħloq xi inkonvenjent, f’dan il-perjodu huwa mportanti li s-saħħa tingħata priorita.
Din il-miżura tissalvagwardja s-saħħa ta’ dawk li jaħdmu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali, kif ukoll il-pubbliku li jkun fil-kju. Dan jgħodd ukoll għal dawk il-postijiet (servizzi offruti) kollha fejn hemm l-opzjoni online.