Prekawzjonijiet Ulterjuri COVID-19

  • Prekawzjonijiet Ulterjuri COVID-19

    Nixtiequ nfakkru f’email datata 06/11/2020 (10.23am) mahruġa mill-Korp rigward is-suġġett.

     

    Minħabba li n-numri tal-COVID-19 mhux qed jkunu dawk mixtieqa, il-Korp tal-Pulizija jixtieq jkompli jillimta dan il-kontaġġ fost il-membri tiegħu u l-familjari tagħhom billi qed jipproponi dawn il-prekawzjonijiet ulterjuri.

    Għal iktar serħan il-moħħ saru arranġamenti mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn nies li jkunu taħt investigazzjoni u li jitqiesu li jkunu ġejjin minn postijiet fejn ir-riskju ta’ kontaminazzjoni huwa wieħed għoli, dawn jistgħu jittieħdu għat-testijiet tal-COVID-19 ġewwa l-Isptar Boffa, minn 0800Hrs sa 1200Hrs u bejn 1430Hrs sa 1900Hrs mit-Tnejn sal-Ħadd. In-numru tat-telefown taċ-ċentru tas-swabbing huwa 22987200 u e-mejl boffacovid@gov.mt.

    Bi qbil mal-Qrati ta’ Malta qed jigi suġġerit ukoll biex jekk legalment possibli kemm jista jkun, persuna/i li ser jitressqu l-qorti għandhom jitressqu permezz ta’ ċitazzjoni u mhux b’arrest. Għandhom jitressqu b’arrest biss dawk il-każjiet serji u li legalment ma jkunx hemm alternattivi oħra.

    Dawn il-linji gwida qed jittieħdu biss biex kemm jista jkun jiġu evitati kuntatti fit-tul ma’ terzi persuni li ma jkunux parti mill-isfera tal-ħajja ta’ kuljum tagħna.

    Comments are closed.