-
28
Jan
Investigazzjonijiet Interni
L-MPA irceviet diversi lmenti rigward il-fatt li diversi membri gew imsejjha mill-Professional Standards b’relazzjoni ma’ investigazzjonijiet relatati mal-uzu tal-Facebook, ezempju bhal ‘Like’ fuq ‘posts’ ta’ xi PEP jew kummenti fuq profil ta’ ‘PEP” liema ‘posts’ jew kummenti ma jkollhom ebda konnotazzjoni jew sens relatat ma’ xi politika partiggjana. L-MPA ghandha riservi serji dwar dan u qed tevalwa s-sitwazzjoni.Dawk il-membri li ġew hekk imsejjha sabiex jirrilaxxaw stqarrija u jixtiequ xi għajnuna, huma mitluba jaghmlu kuntatt maghna fuq complaints@mpa.org.mt, midja socjali jew direttament fl-uffiċju tal-MPA.