-
01
Feb
Il-Protezzjoni tal-Liberta tal-espressjoni
Il-Protezzjoni tal-Liberta tal-espressjoni hija garantita mill-Kostituzzjoni ta’ Malta. Il-Kostituzzjoni telenka stanzi fejn dawn, b’mod legali jiġu llimitati.
Art. 41 (1) tal-Kostituzzjoni jistipula li: Ħlief bil-kunsens tiegħu stess jew bħala dixxiplina tal-ġenituri, ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu ta’ espressjoni, magħduda libertà li jkollu fehmiet mingħajr indħil, libertà li jirċievi idejiet u tagħrif mingħajr indħil, libertà li jikkomunika idejiet u tagħrif mingħajr indħil (kemm jekk il-komunikazzjoni tkun lill-pubbliku in ġenerali jew lil xi persuna jewklassi ta’ persuni) u libertà minn indħil dwar il-korrispondenza tiegħu.
Art. 41(2) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skont l-awtorità ta’ xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel
provvediment.
Provediment stabbilit skond Art.41(2) jinstab fit-Tieni Skeda ta’ Kapitolu 164 u cioe meta membru ‘ma jastjenix minn kull attività politika jew tħabrik jew minn kull attività li aktarx tfixkel il-qadi leali u imparzjali tad-dmirijiet tiegħu, jew li aktarx tqajjem l-impressjoni fost il-membri tal-pubbliku li tista’ hekk tfixkel; jew’
Sabiex il-Pulizija jkun imparzjali, hemm bzonn li l-provvediment tal-Kapitolu 164 jiġi infurzat, pero il-mod ta’ kif il-Korp tal-Pulizija qiegħed jitratta lill-ċerti membri li fuq il-media socjali jgħaddu xi kumment, awgurju jew ‘like’ fuq profili ta’ PEP, li tali kummenti ma jkunux relatati bl-ebda mod, la dirett u lanqas indirett ma politika, huwa abbuziv u mhux fl-ispirtu tal-Ligi.
Ahna nistaqsu b’liema aworita, il-Korp qegħda jinvestiga u jgħaddi lill-dawn il-membri minn martirju sħiħ meta dawn ma kisru l-ebda ligi.
Infakkru li l-Ligi hija suprema u l-Korp tal-Pulizija mhux legislatur.