Sistema ġdida ta’ komunikazzjoni li sejjer jadotta, l-Korp.

  • Sistema ġdida ta’ komunikazzjoni li sejjer jadotta, l-Korp.

    Sistema ġdida ta’ komunikazzjoni li sejjer jadotta, l-Korp.

    Infakkru li l-apparat telefoniku kif ukoll il-linja tat-telefon huma personali u tappartjeni lill-membru ndividwali, għalhekk sta għalieħ li jiddeċiedi jekk jingħaqadx mas-sistema jew le.

     

    Infakkru li n-numru tat-telefon huwa Data Personali u trid tiġi proċessata skond il-parametri u kif tipprovdi l-Liġi.

     

    Stante li għall darb’ oħra, ma ġejniex ikkonsultati ma nistgħux nagħtu informazzjoni fuq is-sistema, pero sejrin niddefendu lill-membri tagħna li kif inħu d-dritt tagħom, jekk jgħażlu li ma jingħaqdux.

     

    Infakkru li l-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-data huwa l-awtorita kompetenti. Jekk xi membru jħoss li d-data tiegħu qegħda tiġi proċessata mhux skond il-Liġi, għandu jagħmel ilment fuq https://idpc.org.mt/raise-a-concern/ . Dawk li jsibu diffikulta, jistgħu jirrikorru ġewwa l-uffiċċju tagħna sabiex ngħinukom.

    Comments are closed.