Estensjoni tal-mandat

  • Estensjoni tal-mandat

    Estensjoni tal-mandat

    Sinjuri,
    Bhal ma uhud minnkom tafu l-mandat taghna wasal fi tmiemu u min hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk li tawna il-fiducja taghhom ghal dawn it-tlett snin, tlett snin ta’ tlajja imma qatt ma qtajna qalbna. Hafna mix-xoghol taghna ma jkunx jidher pero nista nasigurakhom li sar hafna xoghol min wara il-kwinti kemm biex itejbu il-kundizzjonijiet taghna kif ukoll f’ ghajnuna lill-pulizija fuq kazijiet personali.
    F’dawn it-tlett snin kif tafu ukoll infethet kawza f’isem il-fizzjali rigward hlas ta’ sahra, fejn il-gvern issa qabel li l-fizzjali ghandhom jithallsu, kif ukoll ftahna kawza rigward li-irkant tal-armi fejn din intrebhet min naha taghna. F’ din il-legislatura giet ifformulata wkoll il-kaz tas-sitt sieghat zejda li nahdmu kull gimgha fejn hafna minnkom prezentaw l-kaz taghhom quddiem il-bord tal-ingustizzji, dawn  fost hafna affarijiet ohra li impossibli nsemmi kollox f’ dawn il-kelmtejn.
    Hdimna hafna ukoll fuq il-ftehim settorjali biex ghal ewwel darba fl-istorja ta’ il-fuq min 200 sena, il-membri tal-korp tal-pulizija jkollhom ftehim kif jixraqilhom. L-MPA flimkien mal-POU madwar sena ilu, prezentajna lill-Gvern il-proposti mixtieqa ghall-kollegi taghna u kien nhar is-6 t’April 2018 li l-Gvern iltaqa’ maghna sabiex jaghtina il-kontroprosti tieghu. L-kontroproposti gew evalwati bir-reqqa fosthom min esperti fil-materja mill-GWU u CMTU. Peress li fil-kontroproposti kien hemm affarijiet li il-unjins ma qablux maghhom dawn gew emendati kif nahsbu li ghandu jkun gust ghal membri taghna u intbaghtu lill-Gvern biex jevalwa dawn il-kontoproposti min naha tieghu. Issa l-Unjins regaw ser jiltaqaw mal-Gvern nhar l-20 ta’ Mejju biex nitkellmu u forsi naslu ghal qbil bilaterali fuq il-proposti taghna.
    Kif qed taraw ghalkemm hafna drabi x-xoghol tal-unjins ma jidhirx, ahna qed nahdmu minghajr waqfien biex fl-ahhar jkollna kundizzjonijiet li jirriflettu x-xoghol taghna. Ovvjament meta ahna nasslu f’punt li ma hemmx aktar x’niddiskutu mal-Gvern, ahna ser nigu quddiemkom ghaliex dan il-ftehim mhux ser jigi iffirmat qabel ninghataw l-approvazzjoni min ghandkom.
    Peress li ninsabu f’sitwazzjoni delikata hafna minhabba id-diskussjonijiet avvanzati mal-Gvern rigward dan il-ftehim, gentilment qed nitlobukom biex ingeddu il-mandat taghna ghal tlett xhur ohra qabel tissejjah l-elezzjoni. Meta dan il-ftehim jigi konluz, li ahna nittamaw ikun mill-aktar fis possibli ahna insejjhu elezzjoni minnufih.
     Dawk il-membri li jixtiequ joggezjonaw ghal din l-estensjoni, ghandhom kull dritt jibghatu email fuq dan l-indirizz sabiex juru d-disapprovazzjoni taghhom.
    Tislijiet,

     

    Johann Mifsud
    Segretarju Ezekuttiv

     

     

    Comments are closed.