Covid-19 | Rapid Testing

  • Covid-19 | Rapid Testing

    Wara laqgħa li saret illum, sabiex jiġu diskussi iktar fid-dettal u msaħħa l-proċeduri li jipproteġu l-membri tagħna, gie maqbul li sejra ssir pressjoni fuq l-awtoritajiet tas-saħħa sabiex il-membri tal-Korp jingħataw priorita, kif ukoll jintuza r-rapid testing spiss u fejn meħtieg skond kif ilha tipproponi l-MPA għall dawn l-aħħar ġimghat.
    Aħna nesigu li dan isir mill-aktar fis possibbli sabiex jitnaqqas it-tertieq ta’ qalb u tensjoni zejda sakemm jinħareg ir-rizultat. Dan il-proċess (appuntament + riżultat) ma għandux jitawwal iktar minn 24 siegħa.
    l-MPA sejra ukoll tibqa tiġġieled ghal dak li tħoss bħala ingustizzja lejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija, meta wieħed jinqatalu s-Sick Leave f’kaz ta’ pozitivita tal-Covid-19.
    Nwegħdu li sejrin inkomplu nahdmu anke f’dan iz-zmien diffiċli sabiex il-Pulizija jkollhom trattament ugwali.

    Comments are closed.