Laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija

  • Laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija

    Laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija

    Il-Union illum kellha laqgħa pożittiva u kostruttiva ħafna mal-Kummissarju tal-Pulizija fejn gew diskussi diversi punti. Fosthom;

    • Ressaqna proposta sabiex tinstab soluzzjoni għax-xahar ta’ Lulju ta’ kull sena fejn ma jsirx ħlas ta Overtime/Extra duty. Ipproponejna li minflok li fix-xahar tal-Lulju jkun hemm biss il-paga bażika, fix-xahar ta’ Gunju jitħalas l-Overtime u fix-xahar ta’ Lulju titħallas l-Extra.
    • Iddiskutejna rigward is-sistema l-ġdida tal-ħlas tal-Overtime/Extra u l-importanza li din tkun sostenibbli.
    • Semmejna l-punt fuq il-Kunsens mogħti mill-ħaddiem sabiex jiġu maqbuza l-48 siegħa fil-gimgħa. Dan irid isir fil-parametri tal-Working Time Directive. L-MPA ma taqbilx mal-limitu li ġie stabbilit fis-siegħat li wiehed jista’ jaħdem Overtime/Extra.
    • Ġie diskuss ukoll il-punt li membru tal-Korp għandu d-dritt fundamentali ta’ espressjoni, diment li jkunu skond il-provvedimenti tal-Ligi. Il-Posizzjoni tal-MPA tibqa dik li ħadet fil-jiem li għaddew u sejra tkompli l-ħidma tagħha fuq dan il-punt.

    Comments are closed.