Suspettat iweġġa Surgent tal-Pulizija

  • Suspettat iweġġa Surgent tal-Pulizija

    Suspettat iweġġa Surgent tal-Pulizija

    L-MPA tixtieq tirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għax-xogħol siewi u importanti li qegħdin iwettqu. Dan iktar u iktar wara inċident li seħħ nhar il-15 ta’ Frar, liema każ ġie nvestigat mill-Pulizija u sejrin jittieħdu passi fil-Qrati, fejn ser tiġi akkuzata persuna bi ħruq ta vettura propjeta ta’ gwardjan fil-Facilita Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll li kkaguna feriti gravi fuq Surgent tal-Pulizija waqt il qadi ta dmirijietu.

    Infakkru li l-membri tal-Korp, li apparti li qegħdin jaffacjaw l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, baqgħu għaddejjin ukoll bil-ħidma tagħom sabiex jinfurzaw il-Liġi.

    L-MPA tikkundanna b’mod qawwi kull tip ta’ vjolenza fil-konfront ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija.

    Comments are closed.