Removal Of Female Identifier For The Service Number

  • Removal Of Female Identifier For The Service Number

    Removal Of Female Identifier For The Service Number

    L-MPA innutat l-istruzzjonijiet ġodda li nħarġu rigward in-numri (Shoulder Identification Number) tal-membri nisa fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Filwaqt li taqbel li ma għandux ikun hemm distinzjoni bejn is-sessi, l-MPA tħoss li dan il-perjodu ta’ transizzjoni għandu jsir b’mod ġust għall kulħadd, skond iċ-ċirkostanzi. L-MPA hija tal-fehma li fejn in-numru li għandha membru mara, huwa disponibbli, dan għandhu jingħata lil membru mara minnufieħ mingħajr il-bżonn li jinbiblulha n-nomenklatura u n-numru sħiħ.

     

    Ghalkemm l-MPA hija nfurmata li dan is-suġġett ġie diskuss fl-EDWG tal-Korp, l-MPA kienet tistenna li tibdil importanti bħal dan, kien jiġi kkomunikat lilha minn qabel sabiex inkunu nistgħu nkomplu nesprimu l-opinjoni tagħna dirett fuq id-deċiżjoni li tkun sejra tittieħed, qabel din tiġi ppublikata”

    Comments are closed.